mp

20.6.05

Il-Ewe Too

Cork: il-kapitali kulturali ta' l-Ewropa 2005.
Ma niftakarx liema kienet dik il-belt kerha daqs din li zort l-ahhar. It-teatru ta' l-opra li hawn jittawwal ghal fuq ix-xmara Lee huwa wiehed mill-akbar insulti ghal min ghandu par ghajnejn biex jara bihom. Ic-centru tal-belt idduru u tezawrih f'temp ta' saghtejn.
Niggarantilkom li r-Rahal Gdid hafna isbah, anki jekk naf li "seta' kien ikbar, seta' kien isbah"
Biss, dal-pajjiz jaffaxxinak ghall-mod kif jirrispetta lin-nies li ghamluh, inkluzi dawk li xebghu jaghtuh xebghat, tipo Gjakmu Joyce. Il-lukanda fejn qieghed alloggjat invazata ritratti tal-kittieba l-kbar Irlandizi, fil-kurituri, fir-ristorant, sahansitra fil-kmamar. Mhux se titwemmen, imma f'kamarti, numru 109, m'hemm hadd hlief ....! Ghad irrid nara lukanda f'Malta bir-ritratti ta' Ruzar Briffa, ta' Victor Fenech u ta' Guze' Stagno.
Ghal dawk li - kuntrarju tas-sottoskritt - ihobbu l-U2, bhalissa l-Irlanda qieghda fit-tarf ta' kollass isteriku. F'Cork ma jinhassx daqshekk - hlief ghall-bicciet tal-karti fotokpjati mwahhla mal-kabini tat-telefowns pubblici jirriklamaw bejgh ta' biljetti 'baxx baxx', imma Dublin storja ohra. Il-gazzetti, ir-rivisti, is-servizzi ta' l-ahbarijiet, kollha bir-ritratti ta' Bono u shabu. Ghandi certu suspett ikrah li meta nkun Dublin aktar tard dil-gimgha se taqbadni xi Bonositis massiva.
Se jkolli nieqaf ghax ezatt mal-bieb ta' dan il-kafe' ta' l-internet hawn mara ddoqq vjolin u skussatli mohhi (u ghajnejja).
Noffri l-ewwel pinta Guinness li se niehu lil das-sinjur.
Muzika fl-isfond: ippruvajt nara mnejn se nnizzel xihaga tal-U2 imma tlift il-hegga wara ftit. Ghalissa se nhalli li tellajt fl-ahhar bloggata.

8 Comments:

Blogger Erezija qal/et...

immanuel, b'kull rispett, mhux se thallat il-pedigree letterarja ta' l-Irlanda ma' ta' Malta.. jekk joghgbok, thallatx il-hass mal-ba

4:35 pm  
Blogger Immanuel Mifsud qal/et...

Ma jidhirlix li fil-bloggata ghamilt xi paraguni letterarji bejn kittieba Irlandizi u dawk Maltin. Jekk xejn ghamilt paragun bejn il-poplu Irlandiz u dak Malti. Jigifieri altru li miniex inhallat hass ma bass (jien ma nisthix nghidha l-kelma).

Izda rrid nghid li hasra li fis-seklu 21 ghad hawn min jirraguna hekk. Il-"pedigree letterarja" ta' l-Irlanda kellha x-xorti tohrog minn pajjiz ikbar minn Malta u nkitbet b'lingwa iktar maghrufa minn dik f'Malta. Biex inkunu ghidna kollox, uhud minn dawn in-nies tal-"pedigree letterarja ta' l-Irlanda" lanqas biss baqghu jghixu l-Irlanda. Ejja npoggu kollox fil-perspettiva tieghu.

4:48 pm  
Blogger Erezija qal/et...

perspettiva: malta ghad ma kelliex kittieba ta' l-istatura ta' synge, bernard shaw, joyce, beckett, ecc ecc

biex inkun ghidt kollox, l-Irlanda pproducu ammont sorprendentement kbir ta' kittieba kbar ghad-daqs taghha...

jiena l-kumment tieghi kien dwar ix-xewqa li wrejt li l-lukandi maltin jibdew iwahhlu ritratti ta' kittieba maltin mal-hitan.... tkun daqsxejn redikola meta kwazi hadd mill-popolazzjoni maltija ma jaf bihom dawn l-awturi maltin...

u biex inkun vera ghedt kollox, l-Irlanda qatt ma mort imma ghandi suspett li l-kburija tal-pajjiz ghall-kittieba taghha huwa pjuttost alleat mat-turizmu - bhal Praga u Kafka... forsi ghandi zball.

5:09 pm  
Blogger Toni Sant qal/et...

La qed tahseb li se jmissek Bono, allura tajjeb tiehu tilqima bil-lest:

When you look at the world
What is it that you see
People find all kinds of things
That bring them to their knees

I see an expression
So clear and so true
That changes the atmosphere
When you walk to the room

So I try to be like you
Try to feel it like you do
But without you it’s no use
I can’t see what you see
When I look at the world


...minn When I Look at the World (2000)

6:49 pm  
Blogger noel tanti qal/et...

hmmm... u meta tqis, hafna (jew kollha?) mill-pedigree letterarja irlandiza harget f'temp ta' ftit aktar minn hamsin-sittin sena... ghalfejn?

10:23 pm  
Blogger gybexi qal/et...

noel (fup): ghala? money, money, money..

10:40 pm  
Blogger Erezija qal/et...

le x'money money money... dawk l-Abba!!!

11:25 pm  
Blogger Erezija qal/et...

le x'money money money... dawk l-Abba!!!

11:25 pm  

Post a Comment

<< Home