mp

7.6.05

U ħarja f'wiċċ il-vittmi ...

Dalgħodu l-Onorevoli Tonio Borg kien qed jippoppa sidru fuq siġġu indurat bid-deheb (proporina ovvjament) fil-kommemorazzjoni tal-vittmi tas-7 ta' Ġunju 1919. Id-drill tal-korp tal-pulizija, in full uniform, għamel parata u l-banda ta' l-istess korp daqqet il-marċi. Mingħajr l-ebda konsiderazzjoni li l-vittmi mfakkra ġew maqtula minn xi erba' suldati trigger-happy Ingliżi, il-banda tal-korp daqqet programm ta' marċi Ingliżi li kienu jindaqqu għall-glorifikazzjoni romantika ta' l-imperu! X'jitnejku l-pulizija, l-aqwa li xi erba' turisti li nzertaw kienu fil-pjazza, qagħdu jħabbtu saqajhom mar-ritmu qabbieżi. Nispera li ma daqqewx ir-Rule Brittania wkoll!
Din tal-lum fakkritni meta xi għaxar snin ilu l-Kumitat Festi Nazzjonali kien qabbadni nagħmel preżentazzjoni artistika quddiem il-monument ta' l-assedju fil-kommemorazzjoni annwali taż-żewġ assedji. Kont għoddni ġejt fl-idejn ma' uffiċjal tal-kumitat għax ir-rappreżentazzjoni kellha tibda bil-bandiera nazzjonali titmiegħek ma' l-art u dan deherlu li f'okkażjoni partrijottika l-bandiera ma kellhiex tidher fl-art. Saħansitra kellu jindaħal fin-nofs Louis Galea għax dan l-uffiċjal baqa' jinsisti li mhux rispett lejn in-nazzjon li l-bandiera tidher fl-art! Wara r-rappreżentazzjoni, il-banda ta' l-Armata, f'fervur patrijottiku u mħabba kbira lejn Malta, daqqet il-verżjoni intera ta' Finlandia ta' Sibelius!
Mark Vella, tgħid il-korp tal-Pulizija u l-Armata huma xempju ta' l-elit liberali kulturali f'Malta?

2 Comments:

Blogger gybexi qal/et...

l-aqwa li jarawna l-4 pensjonanti minn Milton Keynes b'riha ta' sunblock factor 29 ixxomha mil-Furjana u b'sidirhom barra (l-irgiel) li ghadhom jigu lejn Malta...

mur ghidilhom lil Wenzu Dyer (x'isem apt eh?) u lil siehbu li qed jaraw il-parata l-hbieb tas-suldati Inglizi li kien hawn dak iz-zmien...

10:22 am  
Blogger Roderick Mallia qal/et...

Ifhem gybexi, pensjonanti nisa iperrċu sider imdendel u kulur l-awwista mismuta bix-xemx Maltija sirt tara ukoll. U kif jgħidu, non è un bel vedere...

10:13 pm  

Post a Comment

<< Home