mp

13.6.05

Bumm bumm il-bieb

Kont tiela' nonxor u nisma' l-qanpiena tal-bieb. Il-pustier.
- Mifsud?
- Jien hu.
- Għandek pakkett.
Ħallejt il-banju tal-plastik bil-ħwejjeġ fuq it-taraġ u nżilt niġbor il-pakkett. Il-pustier jitbissimli u jitlaqli pakkett issiġillat donnu xi dokument top secret minn Kastilja. Fir-realtà kien pakkett minn Eire. Mhux żgur ilħaqt tlajt sitt tarġiet u rnexxieli nċarrat it-tgeżwira u tfaċċat quddiemi kopja għadha taħraq ta' dan il-ktieb. Tlajt m'Alla, kif konna ngħidu fit-tmeninijiet.
Grazzi kbira ħafna lil Maurice Riordan u lil Adrian Grima.
Nhar il-Ħadd nitlaq lejn Eire. Titjira diretta lejn Dublin, imbagħad vjaġġ ta' xi tliet sigħat bil-ferrovija lejn Cork. Imbagħad il-Ħamis ma nafx fejn eżatt nara l-istess ktieb jitnieda.
L-għada nitlaq lura lejn Dublin. Għandi appuntament antik ma' xiħadd li ħabbejt ħafna f'żgħożiti. Propjament kellna appuntament Trieste s-sena l-oħra imma jien ma żammejtux għax bqajt Ljubljana minflok. Did-darba nżommu. Diġà qed infantas quddiemi dawk il-karattri minn Dublin li qrajt dwarhom ħafna snin ilu: lil Eveline bil-bagoll serja lura d-dar flok Buenos Aires, jew lil Gabriel jittawwal mit-tieqa, iħares lejn il-borra nieżla fuq il-ħajjin u l-mejtin. M'hemmx għalfejn ngħid, għandi seba' mitt sena sa ma nasal. U dan ifisser ukoll li d-dieħla ma nersaqx 'l hawn.
Intant, ma stajtx ma nitbissimx naqra bl-blurb tal-ktieb:
Immanuel Mifsud brings a new note of emotional candour to
contemporary poetry. Confidential Reports tells the tale of love and
grief in poems that are direct, often darkly erotic, and shot through with wit
and humour. This is poetry as the old rock 'n roll - edgy, excessive, and
visceral in its appeal. Mifsud resembles a rumbustious latter-day troubadour as
his imagination roams the Mediterranean and mainland Europe ...
Mużika fl-isfond: la qed nitkellmu fuq old rock 'n roll ... Ray Charles, What I'd Say ... Evviva nies! U kif kien jgħid il-kbir Victor Fenech: "U bilħaqq - tiskrux fil-Fanta / ħudu gost f'Politikanta!"

9 Comments:

Anonymous Anonymous qal/et...

any poems about gypsies in this collection?

9:06 pm  
Blogger sharonspiteri qal/et...

kont se noffri nigi niltaqa mieghek jien l-irlanda, la mhux se tghaddi minn londra, imma issa qed nara li nkun de trop :) hu gost u ibaghtli postcard xxx

9:09 pm  
Blogger Toni Sant qal/et...

anke jien nistenna kartolina...imqar elettronika. irrprova sib wahda b'organgutan. tiftakar?

prosit tal-ktieb, ras!

9:53 pm  
Blogger Pierre J. Mejlak qal/et...

Flok lil Ray Charles kont inpoggi lill-banda Lilly of the Valley iddoqq il-marc Kemm Ahna Kbar. Nifrahlek mill-qalb. Ieqaf s'hawn fi triqtek lura lejn Malta!

12:18 am  
Blogger sharonspiteri qal/et...

heheh kulhadd thajjar ... qis li tiftakar li jien stedintek l-ewwel :) kemm int popolari, qed nghid!

12:48 am  
Blogger Mark Vella qal/et...

Mela, tbazwar wahda sew u ghaddi sal-Gran Dukat. Ryanair minn Kerry jew Shannon ghal Frankfurt (Hahn), u mbaghad saghtejn tal-linja sa l-istazzjon tal-Lussemburgu, u aqbad il-11 ghal ghandi. U l-istess lura.

1:27 am  
Blogger Immanuel Mifsud qal/et...

ara kif nagħmlu nies. Inżlu sal Blata, kulħadd mistieden 30 ta'Ġunju fil-bitħa tal-Manoel 8pm.

Ton, dak l-urangutang għadu għandi ... ċkejken u gustuż!

11:04 am  
Blogger sharonspiteri qal/et...

Bloggers' Convention jonqosna!!! Imma mhux fis-sajf f'gieh alla. Fis-sajf ma nersaqx lejn Malta.

9:54 pm  
Blogger Jacques René Zammit qal/et...

isa hey. principessa ma tersaqx lejn malta fis-sajf.

convention at the heart of youropp. bruxelles... kollha ghand gybexi!

11:05 am  

Post a Comment

<< Home