mp

10.6.05

Alla riscossa!

Jidhirli li Mario Azzopardi jsejjaħ is-7 ta' Ġunju 1919 bħala "Ġunju tal-ħaddiema xkubettjati".
Għall-MLP1 is-7 ta' Ġunju 2005 se jitfakkar bħala "Ġunju taż-żbubati u l-gambettati".
Hu x'inhu l-każ, l-istampa qiegħda tagħti ftit importanza mhux ħażin għal dik li xi wħud jixtiequ li tfisser il-Qasma ta' l-MLP. It-Times intervistat żewġ professuri ta' l-istorja, żewġ ex-militanti fi ħdan iż-żewġ dinosawri ta' l-MLPN, li jaqblu li l-MLP2 ma jistax ixellef il-partit glorjuż li darba kien ta' Mintoff.
Il-media Nazzjonalista, iżda, tipprova tgħaddi ideat oħra; forsi aktar wishful thinking milli analiżi serja. Wara kollox l-istampa Nazzjonalista ftit li xejn taf x'inhi serjetà ġurnalistika.
Minn rapport ta' maltarightnow.com:
Is-Segretarju Ġenerali Laburista Jason Micallef qal lil The Times li Anna Mallia ma ssaddad imkien. Sejħilha “reject”, mgħormija (sic). Żied li t-twaqqif tal-moviment hu “iċ-ċajta tas-sette gugnio (sic)”. Lill-(sic)The Malta Business Weekly, Jason Micallef qalilhom li Anna Mallia hi persuna skreditata min (sic) kulħadd u li ma għandha mkien fejn tmur aktar għaliex qal li hi persuna li tiġi mgħormija (sic). Qal li l-moviment hu eżerċizzju ta’ pubbliċita’. Anna Mallia qalet li se tagħmel libel (sic) lil Jason Micallef tal-malafama li għamlilha. Intant, minkejja li Manuel Cuschieri waqt il-programm tal-bieraħ fuq Super 1 Radio qal li ħadd ma għandu jikkumenta (sic) fuq it-twaqqif tal-Moviment Laburista l-ġdid, hu qal li għandu diversi messaġġi “għax konna assedjati bil-messaġġi” li ried “jaqsamhom mas-semmiegħa”. Dawn kienu kummenti li jappellaw biex il-laburisti jimxu wara Alfred Sant biss u ma jsegwux lil min għandu aġenda moħbija. “Aħna wara Alfred Sant konna, għadna u nibqgħu”. Messaġġ ieħor li qal li wasalu (sic) Manuel Cuschieri kien “Kieku kulħadd iħalli f’idejn Alfred Sant ikun ħafna aħjar ghax (sic) ma jiddispaċinix (sic) u inqas problemi.” Messaġġ ieħor li Manuel Cuschieri qal li kellu favur Alfred Sant kien li “kull laburist ġenwin għandu jkun leali lejn il-leader u t-tmexxija tal-Partit u mhux lejn min għandu aġenda moħbija. Ningħaqad miegħek fl-appoġġ lill-leadership (sic).” Din mhix l-ewwel darba li Manuel Cuschieri qal li kellu messaġġi favur Alfred Sant. Fl-aħħar jiem hu tkellem ukoll kontra l-konfoffi li qal qed isiru fil-Partit Laburista kontra l-mexxej laburista Alfred Sant. Hu qal li fil-jiem li ġejjin se jikxef u jsemmi b’isimhom lin-nies li qed jikkonfoffaw kontra Sant.
Mużika fl-isfond: nawgura lill-MLP1 u lill-MLP2 ħidma sfiqa favur il-proletarjat Malti. B'omaġġ lil sħabi li ħakmithom fewġa Claudiobaglionjana, b'tifkira ta' l-iljieli fi triq il-Magnus (mhux Magnum!)

5 Comments:

Blogger Jacques René Zammit qal/et...

tajba din. Kemm xaqt nghidlek li l-muzika ma tahdimlix. Dan jista' jkunjew a) ghax ghandi Mac b) ghax nuza OS X c)ghax nuza Safari browser. Probablli Kenneth jaf ghaliex. jiena le. Pero onestament minghajr Avant Popolo! il-hajja ma tantx inbidlet. :)

11:55 am  
Blogger Immanuel Mifsud qal/et...

jacques, nahseb li l-problema tieghek hija l-browser. fosi anki li tuza mac hi problema. ma nafx. inkwantu ta' windows, jekk wiehed juza firefox mhux se jismaghha l-muzika. allura nahseb li jrid ikollok internet explorer. m'għandix idea.

4:02 pm  
Blogger Kenneth qal/et...

Kif qallek tajjeb Immanuel, taħdem biss fuq l-Internet Explorer, għax il-Firefox (u forsi s-Safari Nectar Juices ukoll) ma jaċċettax il-Java applets li qed juża għall-mużika.

8:50 pm  
Blogger Jacques René Zammit qal/et...

I will still remain a MacDaddy

9:03 am  
Anonymous Anonymous qal/et...

Nies,

Interessanti ferm kif il- kummenti ntefgħu fuq is- sottofond mużikali milli fuq il- kummenti ta' Immanuel ... ifakkarni f' meta l- mara tagħmilli ikla tajba, u noqgħod inħares lejn id- dvalja, ħa nara hix imtebba' ...

Insomma, l- ellemepeduwwi għadu sal- lum il- ġurnata kwekċinmark. Jien, li jien Laburist, ma naħsibx li dan il- pseudopartit se jkun ta' theddida għall- ellemepe the original blend, għalkemm, kif nafu, m' hu original blend xejn.

Politikament ma nemminx li hemm spazju għar- raba' partit ... sakemm mhux il- ħames wieħed dan, dejjem jekk l- Ave Melita jista' jissejjaħ partit. Dan bħall- istazzjonijiet tar- radju u t- televiżjoni. Imbilli żdiedu? Mhux more of the same imbarazz qed juru? Min irid more of the same imbarazz? Jista' jkun partit jissejjaħ "ġdid", meta fih jidher li hemm nies li ilhom b' xi mod jew ieħor fil- politika d- deċennji? More of the same makes nothing new.

3:15 pm  

Post a Comment

<< Home