Srebrenica 1995-2005
Dalgħodu Srebrenica ...
Quddiem in-niket li m'hemmx li jehda darba għal dejjem ...
8000 vittma fil-ġenoċidju f'Srebrenica ... fl-aktar olokawstu riċenti fl-Ewropa, fil-qalba ta' l-Ewropa ċivilizzata. Dalgħodu, mat-30,000 ruħ żaru l-widien iħaddru u talbu għall-erwieħ tal-maqtulin.
Quddiem il-mibegħda li m'hemmx li tehda darba għal dejjem ...
U sadattant, għad hemm min jemmen b'fidi ferma li hemm kumplott internazzjonali kontra l-komunità Serba-Bosnijaka. U filwaqt li ħaddieħor kien qed jifga fid-dmugħ u x-xehir, dawn kienu qegħdin jifgaw f'demmhom li għadu jismot u għadu jobgħod. U għad hemm min iqis lil Karadzic u lil Mladic bħala eroj, salvaturi tad-demm Serb.
U mbagħad titfaċċali l-mistoqsija li dejjem tniggiżni: għandi jew m'għandix nitkellem fuq l-istorja ta' ħaddieħor li ma għextx?
Mużika fl-isfond: L-Għanja tal-Mewt, Emir Kusturica u The No Smoking Orchestra, mill-film ta' l-istess reġista La Vie Est un Miracle.
6 Comments:
Nista nistaqsik xi haga personali?
tista', imma ma nwigħedx li nwieġeb :-)
Dejjem kelli l-kurzita' (propju ghaliex dejjem segwejtek... illum xtrajt 'Kimika' kumbinazzjoni) ghalfejn tinsisti li taghti idea tieghek innifsek bhala bniedem mdejjaq u hosbien. Din riflessjoni tar-realta'? Jew biss qoxra?
hosbien iva, imdejjaq ma nahsibx. forsi malinkoniku hija aktar il-kelma addattata. heqq, min twil min qasir, min sabih u min ikrah ...
Ma naqbilx mieghek hawn... is-sbuhija, il-kruha, it-tul... kollox suggettiv u kollox relattiv. Jekk m'ghandux kontroll fuq hajtu l-bniedem,allura x'ghandu?
Imbaghad wara kollox, jekk int kuntent tghajjat lilek innifsek ikrah u malinkoniku... imbaghad hekk mod iehor. Nirrispettak :D
:-)
Post a Comment
<< Home