mp

7.7.05

Russell Square

Dalgħodu kelli laqgħa importanti li ħadet ħafna sigħat. Bagħtitli messaġġ Jana biex tgħidli x'ġara Londra. Staqsejtha fejn seħħew l-isplużjonijiet. Semmietli xi tnejn imbagħad, qaltli: "Russell Square, your square."

Kif diġà kiteb Toni, fl-1988 konna ħrabna lejn Londra u konna alloġġjati biswit Russell Square. Kemm hu u kemm jien għandna rabta sentimentali ma' dil-pjazza. Saħansitra kont ktibt novella bbażata fl-istess pjazza. U għax il-ħajja mimlija ironija, propju jumejn ilu tlabt lil Sharon isselili għal Russell Square.

Lilhinn minn dan it-tpaċpiċ sentimentali, l-ewwel ħsieb li jiġini huwa għall-vittmi ta' l-attakk u mbagħad għall-familjari tagħhom. Jiġini wkoll ħsieb dwar min għamel l-attakk. Il-BBC ippubblika rapport dwar grupp terrorista li ħa r-responsabbiltà. Grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Islamiku militanti. Kif indika Toni fil-bloggata tiegħu li rreferejt għaliha qabel, Londra għandha storja twila ta' attakki terrorstiċi fuqha; drabi oħra kienu gruppi differenti b'motivazzjonijiet oħrajn. Jien inħoss li wieħed irid jaqbad il-barri minn qrunu; inħoss, għaldaqstant, li rridu naraw liema hija eżattament il-motivazzjoni għal attakki bħal dan ta' dalgħodu.

Imbagħad jiġini ħsieb ieħor: Meta nqis li l-komunità Islamika fl-Ingilterra, partikolarment f'Londra hija waħda kbira nittama li l-Musulmani l-innoċenti ma jkunux il-mira tar-rabja.
Mużika fl-isfond: l-Agnus Dei, mill-War Requiem ta' Benjamin Britten.

2 Comments:

Blogger Kenneth qal/et...

Naqbel ma' l-aħħar kumment tiegħek. Imma kif se ssib min huma l-Musulmani l-ħatja u dawk innoċenti? Mhux qed ngħid għal dak li ġara llum, imma għall-futur għax il-fundamentalisti ma tantx jidhru li jiddarsu biex jirrepetu l-istess traġedja, għalkemm issa jmiss 'l-Italja u lid-Danimarka milli jidher.

5:15 pm  
Anonymous Anonymous qal/et...

russel square ukoll ghandi rabta maghha probabbli wkoll ghax ghamilna gimaghtejn noqodu go lukanda vicin meta konna zhar hafna jien u hija. morna emm darbtejn, u d darbtejn konna hemm vicin...min jaf kemm labna f dik il pjazza...

6:29 pm  

Post a Comment

<< Home