mp

3.7.05

See Pinky play

Insomma, il-kunċerti ta' Live 8 ġew u marru. Qgħadt insegwi dak li sar f'Hyde Park minn fuq in-net u sakemm spiċċa għajnejja laħqu saru tadama. Imma frankament ma ridtx nitlef l-opportunità li 'nara' lill-Floyd 'magħquda' mill-ġdid. Sakemm wasal in-number tagħhom kelli nistaporti skoss trash, tipo Dido li mn'alla kien hemm Ndour li ġabarha ftit, skoss bands tal-qamel, ċerta Mariah Carey li, ok għandha ġisem u leħen, imma... Annie Lennox kienet stupenda kif dejjem kienet ...

Pink Floyd, kif issuspettajt li kellu jiġri, taw performance għajjiena. Għadni ma nistax niddeċiedi hijiex l-età jew it-tqanżiħa li jingħaqdu flimkien meta fil-fatt ma ridux wisq li jagħmlu dal-pass. Waters (kollox sew is-simpatija tiegħi hija għalih, nammetti) deher jipprova jagħmel ftit sforz imma baqa' sforz u xejn aktar, Gilmour donnu ried jenfasizza li l-front man tal-Floyd ilu li sar hu, u t-tnejn l-oħra, bħas-soltu, fl-isfond ta' l-istorja. Donnu li ma fadalli xejn ħlief memorji u xi ftit kurżità għal Ca Ira, li suppost għandha toħroġ f'Settembru li ġej.

Forsi kien aħjar li kieku segwejt il-kunċert Taljan, anki għaliex ma kienx nieqes mill-polemiki (tipika tat-Taljani) maqlugħa minn Pino Daniele.

Mużika fl-isfond: See Emily Play - iż-żminijiet l-oħra tal-Pink Floyd.

3 Comments:

Blogger sharonspiteri qal/et...

How funny. I felt the same. In fact at one point I went into another room so I could hear them and not see them :)

1:00 pm  
Blogger L-Imżebbel qal/et...

Jiena ma stajtx narahom għax kelli okkażjoni tal-familja u ma tantx stajt niċċaqlaq. Imma bsart li l-Pink Floyd ma kinux se jimpressjonaw wisq.
Jiena meta nkun irrid nara l-Pink Floyd live, nitfa' d-DVD Live at Pompeii (l-oriġinali mhux il-ħniżrija tad-Director's Cut) għax dawk huma l-Pink Floyd tiegħi.
Min jaf Mason hux se jżid xi kapitlu ieħor mal-ktieb Inside Out wara l-ġrajjiet ta' dan l-aħħar? Ikun interessanti naqraw x'kien għaddej bejniethom minn wara l-kwinti...

2:01 pm  
Blogger Toni Sant qal/et...

Jien ftakart f'laqgha relattivament ricenti ma' mara li meta kienet tfajla xi 20 sena ilu (qabel il-Live Aid) kont ninnamra maghha. F'mumenti waqt il-laqgha taghna hsibt li kien ikun ferm ahjar li kieku m'ergajtx rajtha hekk mill-qrib wara dawk is-snin kollha...imma fl-istess waqt kien hemm mumenti ohra waqt l-istess laqgha taghna meta ntbaht li z-zmien isajjru l-bajtar.

Ghax taf min hi int hassejt li ghandi nghidlek dan, pero fil-bloggata tieghi dwar il-bierah ma' ktibt xejn minn dan.

5:48 pm  

Post a Comment

<< Home