mp

3.7.05

Sieħbi Frans



Frans għandu fuq il-ħamsin. Sa ftit tas-snin ilu kien jgħix Londra. Għandu memorji sbieħ tad-diversi drabi li ra l-Pink Floyd live. Ġie jieħu kafè għandi llum u qalli li qagħad jara l-Floyd fuq in-net il-bieraħ bħalma għamilt jien. Anki Frans iħoss li l-Floyd kienu mqanżħa. Skond hu ma kinitx l-età daqskemm nuqqas ta' ħeġġa li jidhru flimkien. Frans jafhom sew lill-Floyd, rahom live kemm-il darba.
U ġabni insè: ir-rapporti li dehru llum dwar il-Live8 ftit li xejn taw importanza lid-dehra tagħhom. Donnu li ħafna ħarġu delużi imma fl-istess waqt ħadd ma jrid jitfagħha fil-beraħ minħabba li l-mument - għallinqas għal dawk li bħal Frans segwew lill-Floyd sa minn żmien Barrett - kien mument emozzjonali. Staqsejtu x'jaħseb li kieku Roger (Syd) Barrett kien magħhom fuq il-palk. Skond Frans kien ikun żball ikbar. Mhux dejjem ħaġa għaqlija tqajjem fatati ta' erbgħin sena ilu.

4 Comments:

Blogger Toni Sant qal/et...

Ikolli naqbel. Frans ragel gharef.

5:50 pm  
Blogger Roderick Mallia qal/et...

Dalgħodu qomt infittex fuq il-ġurnali elettroniċi dwar il-kunċert tal-bieraħ u kif għidt perfettament tajjeb Immanuel, il-Floyd bilkemm issemmew avolja r-rijunjoni ġiet meqjusa bħala waħda 'storika'.

7:57 pm  
Blogger L-Imżebbel qal/et...

This comment has been removed by a blog administrator.

8:57 pm  
Blogger L-Imżebbel qal/et...

"Mhux dejjem ħaġa għaqlija tqajjem fatati ta' erbgħin sena ilu." - appuntu, l-istess jgħodd għal din rijunjoni.

8:58 pm  

Post a Comment

<< Home