mp

13.10.05

Blobb (7)

Pinter

Il-premju Nobel għal-letteratura ngħata lid-drammaturgu Ingliż Harold Pinter. Drammaturgu, poeta u attivista xellugi li ħafna drabi kien xewka f'għajn il-gvern Ingliż, partikolarment għall-politika barranija tiegħu. Bħal Edward Bond, drammaturgu xellugi Ingliż ieħor, Pinter huwa l-kittieb intellettwali li għandu ideoloġija u li jwassalha permezz tal-kitbiet tiegħu.

Pinter jingħaqad ma' drammaturgi oħra bħal Samuel Beckett u Dario Fo fuq l-ogħla pedestall li kittieb jista' jitla'.


Għalkemm mhuwiex xi drammaturgu favorit tiegħi, ħmistax -il sena ilu kont ħdimt żewġ drammi ta' Pinter: Landscape u A Kind of Alaska, it-tnejn fil-kappella ta' Tigne'. Ta' l-ewwel kienet ħolqot ftit ħoss għax kont ħdimtha fi dlam ċappa: l-udjenza ma rat xejn, ma rat l-ebda pajsaġġ ħlief dak impitter bl-ilħna ta' l-atturi (Marcelle Teuma, Anthony Ellul), il-ħsejjes l-oħra u mumenti qosra ta' dawl minimu bħal dak ta' sulfarina tinxtegħel biex jitqabbad sigarett u d-dawl ta' l-intrata tal-kappella li jinfirex għal ftit meta jinfetaħ bieb biex jingħalaq immedjatament wara. Ma nafx Pinter innifsu kienx jieħu gost b'li għamiltlu bl-iskript anki għaliex it-tmiem kont bdiltu radikalment. A Kind of Alaska kien dramm ibbażat fuq l-istorja vera tat-tabib Oliver Sacks li beda jesperimenta bid-droga L-Dopa biex ifejjaq il-marda stramba magħrufa bħala Encephalitis Lethargica. Ir-rapporti ta' Sacks kienu wkoll is-suġġett tal-film Awakenings.



Manuskritti

Nixtieq naf, jew għallinqas nimmaġina, x'jiġrili kieku nkun qiegħed innaddaf xi biċċa għamara f'librerija u quddiemi jitfaċċa manuskritt mitluf ta' LVB. Forsi huwa biss romantiċiżmu dan, imma jien wieħed minn dawk li jgħożżu ħafna d-dokumenti miktuba. Naralhom storja marbuta magħhom; imma terġa' aktar minn storja: ċertu misteru u qdusija.

(Forsi għalhekk inħobb nagħti titwila lejn dan kultant żmien.)

Għandi folja foolscap li fuqha hemm miktub il-ftuħ tal-ktieb tal-Ġenesi bl-Aramajk u traskrizzjoni ta' l-istess silta. Kien kitibhieli Dun Ġwakkin Schembri, qassis ħelu li kien jgħallimni l-filosofija fil-Liceo l-Ġdid. Ma nafx l-għala, kultant żmien dil-folja tiġi f'idi. Qalb il-baħar ta' karti, kartolini u x'naf jien li għandi hemm ukoll biżibilju ittri li kien jiktibli Toni Sant fuq folji A4 meta kien jaħdem fl-uffiċċju ta' Xandir Malta (jew x'kien jismu dak iż-żmien) ma' Lino Cassar fuq il-Gwida (jew x'kien jisimha dak iż-żmien). Waħda minn dawn l-ittri klassika ... Toni jaf l-għala!!

L-iktar manuskritt għal qalbi, iżda, jibqa' biċċa karta mgħaffġa li fuqha hemm in-numru tal-mobile tiegħi miktub minn ommi. Kienet iżżomm dil-karta fuq il-komodina ta' ħdejha meta kienet mardet biex iċċempilli jekk jinqalgħalha xiħaġa. Kulma hemm miktub ismi u n-numru, imma jkolli nammetti, ngħożż dil-biċċa karta aktar minn ma naf xiex. Tneħħi lilha m'għandi xejn miktub minn id il-ma.

8 Comments:

Anonymous Anonymous qal/et...

The iPod buzz factor
In unveiling the video iPod, Apple once again showed its ability to generate consumer buzz with a little help from some dramatic flair.
Hi, I was just blog surfing and found you! If you are interested, go see my decorative bird feeder related site. It isnt anything special but you may still find something of interest.

8:31 pm  
Blogger noel tanti qal/et...

mhux ezattament imma kwazi...

ghamilt sajf nahdem gewwa l-arkivji ta' santu spirtu u wiehed mix-xoghlijiet tieghi kien li naghmel indici ta' dokumenti mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni... cirka 1930s-1940s...

l-ewwel dokument li tellajt kien jirrigwarda ghalliem ingliz li applika ghal-xoghol bhala lecturer fl-universita` ta' malta... fost ir-referenzi tieghu kien hemm wahda minghand certu professor j r r tolkien...

il-hasra li din kienet kollha kemm hi ttajpjatha, l-anqas firma tieghu ma kien fiha...

8:34 am  
Blogger Erezija qal/et...

il-manuskritti miktuba jaffaxxinawni wkoll (kif ukoll ir-ritratti)... ghandi karti kemm trid id-dar li ma nsibx il-kuragg narmi (hafna minnhom m'ghandhomx l-istess qawwa tal-karta b'ismek u l-mobile)... huma relikwi ta' xi haga li ghadni qed nissara biex nifhem x'inhi ezatt

9:07 am  
Blogger Hsejjes qal/et...

Il-manuskritti li rajt jien kienu ta kuntratti antiki fir registru publikku. Kienu interessanti fis-sens li kont tara kif kien jigi miktub il-malti u l-influenza qawwija taljana li kien hemm fuq il-professjoni notarili. Dik il-kappella ta tigne rat hafna progetti sbieh. Fosthom play ta Garcia Lorca. Tiftakarha?

6:59 pm  
Anonymous Anonymous qal/et...

what would I give to breath down your neck.......

9:05 am  
Blogger sharonspiteri qal/et...

Oy, what's that last comment... who's your secret admirer... Tell all.

7:57 pm  
Blogger Immanuel Mifsud qal/et...

Sharon, secret admirers my foot, kif jgħidu l-Maltin! Sur/Sinjura Anon, m'għandekx x'tagħmel jew??

Fup, tassew ħasra din ta' tolkein. Issa għid id-dritt, li kieku dak id-dokument kien iffirmat, kont tħallih hemm jew kien jeħillek ma' jdejk?

8:47 pm  
Blogger noel tanti qal/et...

li kieku d-dokument kien f'post mitluq fejn ma japprezzah hadd, ma kien ikolli l-ebda riserva 'nwahhlu' ma' subghajja...

fortunatament, avolja ma kellhomx idea min tolkien kien, l-ahhar li smajt dan id-dokument kien qed jintuza fi programmi edukattivi indirizzati lejn skejjel sekondarji li jzuru l-arkivji...

tipo 'hawn mhux dokumenti boring biss issibu imma ghandna anki minn dawn'...

ghallinqas...

11:30 am  

Post a Comment

<< Home