Blobb (2)
Storja
Darba rrakkuntajt l-istorja ta' ħamsa min-nies li telgħu Ta' Ċenċ biex jisimgħu ċ-ċief. Jitbekka ċ-ċief billejl. Għandu għajta li taf tibda tbeżżgħek fil-waħx tad-dlam u l-ftuħ ta' fuq l-irdumijiet. Jekk titla' l-korsa tal-golf, x'jagħmel iċ-ċief? Jitbekka aktar jew jibgħatna nitnejku?
Jitilgħu Ta' Ċenċ
Issa jmiss lill-Fundazzjoni Ceratonia titla' Ta' Ċenċ. Mhux għas-smigħ tal-biki taċ-ċief. Għal passiġġata. Passiġġata biex tiftaħ l-għajnejn u l-imħuħ. Bħal ħafna oħrajn, irċevejt stedina li minħabba raġunijiet familjari ma nistax nilqa'. Ħasra. Forsi ċ-Ceratonia jmissha tistieden lil dawn it-tnejn għall-passiġġata wkoll, wieħed minnhom, fis-snin tmenin, kien iħobb il-fjuri (l-aktar dawk li ma jikbrux fil-parlament) u l-ieħor jgħidu li hu raġel tar-ruħ.
Biss, jekk inti tista', nhar is-Sibt 13 ta' Awissu, kun quddiem il-Knisja tas-Sannat, fis-sitta ta' filgħaxija.
Spazji
Hu indikat li l-ispazju ħadrani propost biex xi erba' sinjuri joqogħdu jdaħħlu l-blalen fit-toqba kbir daqs l-arja kollha ta' Tas-Sliema.
Spazji (ii)
Jekk l-ispazji kbar li joffru l-meded ta' nħawi oħra mhumiex biżżejjed biex ituqu r-ruħ, jiswa li tiċċaqlaq minn postok?
X'jiġri meta anki lilek taħtfek il-ħeffa tmarrdek ta' l-essri?
Kitba
X'jibqa' fik meta tirċivi kartolina b'messaġġ miktub bilkemm jingħaraf mingħand l-eroj, u taf li dan se jkun l-aħħar dokument miktub b'idejh indirizzat lilek?
Kitba (ii)
Ma nafx għaliex imma wara li qrajt il-messaġġ kriptiku ta' l-eroj, tani li naqra waħda mill-isbaħ ittri li qatt inkitbu:
dejjem tiegħek
dejjem tiegħi
dejjem tagħna
L.
LB
Ludwig van Beethoven: Is-Sonata għall-Pjanu nru 26, l-ewwel moviment Das Lebewohl.
imbagħad is-skiet.
6 Comments:
Irnexxielek tbikkini, ja kelb!
Forsi mhux ħtija tiegħek għal kollox.
Dik il-kartolina ghozza u zommha biex turiha lit-tfal tieghek. Dawk huma affarijiet l-aktar prezzjuzi tal-hajja. Il-kartolini li baghtuli certu nies meta izzewigt ghadhom ghandi, u kien biss ftit ilhu li rabbejt il-kuragg u gharmejt ir-wrappers tar-rigali. U ddispjacini. Dik il-kartolina ghandha ggiblek ferh kbir u mhux niket. Avolja meta thares lejha zgur jaqbizlek id-dmugh.
nahseb fhimtek ton.
Xtaqt nghidlek veru prosit. Bhalissa qed naqra L-istejjer strambi ta' Sara Sue Sammut, u veru ktieb eccellenti. Peress li nghix l-Inghilterra, impossibli nsib kotba bil-Malti w allura tlabt lil-papa' jibghatli kopja. Grazzi, Immanuel, il-kitba tieghek veru rigal sabih.
athena, grazzi hafna tal-kummenti tieghek, anki tal-post li tellajt fil-blog tieghek re SSS. napprezza hafna u mill-gdid grazzi ta' kollox.
Awguri Immanuel!
Post a Comment
<< Home