Sieħbi l-Imżebbel u Gary Neville
Filwaqt li sieħbi l-imżebbel intefgħalna jikteb id-drammi agit-prop, u bit-tastiera nkejjuża tiegħu daħħalna saħansitra fil-kamra tas-sodda ta' Mr & Mrs K Marx, di-ve.com tatna episodju interessanti mil-love story ta' Gary Neville. Id-dramm ta' l-imżebbel jiftaħ bil-koppja Marx għadhom qed jieħdu n-nifs wara li kkunsmaw imħabbithom f'appartamenti ta' żewġt ikmamar kollox (nimmaġina se jaqgħu u ma jaqgħux), filwaqt li l-episodju tad-di-ve jeħodna fil-gżira tal-maħbubin, ie Għawdex, fejn, allegatament, dik l-imqarba Kalipso korniet* lill-imsejkna Penelopi, u li issa serviet ta' xenarju perfett biex Gary Neville jitgħarras lil ċerta Emma Hadfield.
L-imżebbel forsi qara li ċ-ċurkett ta' l-għerusija li Gary ta lil Emma jiswa Lm104,237, ċifra li naf fiċ-ċert li l-imżebbel (bħali) jista' jibda jgħoddha imma jinfixel wara ftit. U Gary jikkonsma mħabbtu f'dar f'San Ġiljan, li, dejjem skond id-di-ve.com, tiswa Lm429,211.
Issa, diġà nista' nara min qiegħed imaħħaħ li tax-xellug għajjurin u li dejjem moħħhom biex joħolqu l-mibegħda tal-klassi. Għalhekk lill-imżebbel se nagħtih parir ta' l-aħħar: ħallik mill-agit-prop, menn, u ntefa' xxuttja l-blalen, biex meta għad forsi trabbi l-għaqal u tinġabar ma' xi xebba sewwa tixtrilha ċurkett bħalma xtralha Gary u għall-qamar il-għasel teħodha San Ġiljan għall-kwiet u l-ġabra.
* ejja ninnutaw li mhux Ulissi korna 'l martu, għax skond il-mitoloġija dan, miskin, ma riedx iwettaq id-dnub. Kienet il-mara li kien magħha li waqqgħetu fid-dnub ... is-soltu, mhux hekk?!
Mużika fl-isfond: lill-imżebbel, li nittama li jagħtina xi dramm ieħor, dwar il-koppja Marx, jew Neville-Hadfield jew Kali-Uli.

8 Comments:
Min mejjet fis-sakra u min mejjet għal qatra...
Pero minghajrna n-nisa intom l-irgiel ma tghixux.....
hsejjes, ma ndunajtx li qed inkun ironiku?!
hehe agit-prop imsomma...
Nispera li anke hawn kont ironiku, għax jekk id-dramm kif inhu miktub, jinftiehem bħala tali, bħala kittieb inkun fallejt ferm iżjed mill-esperiment Komunista! hehe
Fl-aħħar mill-aħħar id-dramm, biex nikkwota lil Marx, ma juri xejn ħlief il-"poverty of philosophy". Fil-fatt Marx f'dan id-dramm mhux wisq differenti minn dak il-Professur tal-Mewt li darba kien spiċċa jindirizza lis-siġġijiet vojta.
Sieħbi, qabel xejn, jien nirraġuna hekk għax inħobb lill-bniedem. Jiena l-bżar qatt ma ridtu, u li kieku għad ikolli, nispera li jkolli l-bajd biżżejjed li mmur inroxxu fuq min m'għandux.
L-attitudni tiegħi m'għandha xejn x'taqsam mal-moralita, u wisq anqas mal-fatt traġiku li twelidt hawn Malta.
Hi sempliċiment frott ta' ideoloġija li nħoss li tappella għalija u li naraha validissima f'diversi aspetti. F'għajnejja din mhix xi ħaġa strettament morali, għall-inqas mhux f'sens reliġjuż.
Forsi fhimtek ħażin, u jekk hu hekk, ikkoreġini, imma ladarba l-kelma 'morali' saret wisq assoċjata mar-reliġjon, jien m'għandix għażla oħra ħlief li nidiżassoċja ruħi minnha. Fil-fatt, nippreferi nuża l-kelma 'etika', avolja anke hawn, l-etika mhix il-qofol tal-prinċipji tiegħi sa barra.
imzebbel, jien skwadra wahda ghandi fil-qalb: bhall-juventus tilbes l-abjad u l-iswed imma x-xebh s'hemm jasal.
Intant, Che Guevara rrinunzja miċ-ċittadinanza Kubana u mill-kariga tiegħu ta' Ministru u mar jiġġieled fil-Bolivja, fejn fil-fatt inqatel... iżda b'mod dinjituż.
"Shoot coward, you're only going to kill a man!", kienu l-aħħar kliem tiegħu.
Is-sliem.
Post a Comment
<< Home