19 ta' Mejju 2005
Nhar il-Ħamis 19 ta' Mejju, 2005, fis-7.30pm, il-Klabb Kotba Maltin
se jniedi l-ktieb il-ġdid ta' Immanuel Mifsud, km.
km hija ġabra ta' poeżiji li tnebbħu mill-kilometri li vvjaġġajt f'għaxar pajjiżi differenti Ewropej: Ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Fillandja, Spanja, il-Polonja, is-Slovakkja, il-Bosnja-Ħerzegovina, is-Slovenja, il-Kroazja u l-Awstrija. Dawn il-kitbiet ivarjaw minn dokumenti personali għal oħrajn li jimmarkaw ir-reazzjonijiet tiegħi għall-ġrajjiet l-aktar sinifikanti ta' dawn il-pajjiżi, fosthom ir-rivoluzzjoni bellusija ta' l-ex-Ċekoslovakkja, id-diżintegrazzjoni tal-Jugoslavja, il-ġerħa ta' l-Olokawstu fil-Polonja u l-esperjenzi differenti tar-reġimi Komunisti f'dawn il-pajjiżi.
Ippubblikat mill-Klabb Kotba Maltin propju f'għeluq is-sena mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, km juri l-mixja tiegħi bħala kittieb li salpa mill-periferija lejn iċ-ċentru ta' kontinent bi storja mqallba ta' imperi, dmija u purtieri tal-ħadid.
Din l-edizzjoni hija bilingwi bi traduzzjonijiet għall-Ingliż ta' Maria Grech Ganado.
It-tnedija se ssir fis-Sala Francis Ebejer, l-Università.
Nota lill-Bloggin Maltin li ħarbu lejn il-Kontinent ix-Xiħ (qed nalludi għal Feltrinelli & Co): bil-belli Euro li qed taqilgħu grazzi għal-lingwa Maltija, tistgħu taslu waħda s'hawn għat-tnedija, le? Narakom!
3 Comments:
Minkejja li m'ghadniex batuti, xorta bqajna niftakru minn fejn gejjin.
U halhekk il-flus ma jintremewx kif gie u lahaq.
Imma taf li se nkun hemm fl-ispirtu
nawguralek l-isbah success b'dan il-ktieb gdid tieghek.
grazzi ereżija
Post a Comment
<< Home