mp

2.5.05

Il-Poeżija u Patti

Is-serje Fuori Orario - Cose Mai Viste editjata minn Enrico Ghezzi, tiftaħ b'sigla b'xeni mill-film poetiku L'Atalante li Jean Vigo ħadem fl-1934, film li jirrakkonta l-vjaġġ ta' żewġ miżżewġin friski fil-kanali ta' Franza. Il-mużika li Ghezzi juża għas-sigla tiegħu hija l-kapulavur ta' Patti Smith Because the Night.





Minkejja li din is-sigla rajtha ħafna drabi, it-tlaqqigħ arbitrajru tax-xeni poetiċi meħuda minn Atalante mal-hit ta' Patti Smith għadu jaffaxxinani. B'xi mod il-clip u l-mużika joqogħdu għal xulxin. Forsi hija l-poeżija li toħloq din ir-rabta stramba: il-metafora viżwali ta' Vigo u l-versi mgħobbija ta' Smith.





Ikolli ngħid li l-ammirazzjoni tiegħi għal Patti Smith tmur lura s-snin. L-istess bħal Roger Waters, Smith hija poeta rock pereċċellenza. Il-mod artistiku kif tindirizza r-rock, il-letteratura tagħha akkumpanjata bil-mużika, jagħmluha waħda mill-ftit persunaġġi fid-dinja tar-rock li għadni nammira.

Qattajt is-Sibt filgħaxija naqra The Coral Sea, l-aħħar tislima poetika ta' Patti Smith lill-ħabib l-antik tagħha Robert Mapplethorpe. The Coral Sea huwa vjaġġ metaforiku li jaqsam l-uġigħ u n-niket tal-firda li jissublimizza l-aħħar tappa ta' Mapplethorpe minn din id-dinja lejn il-Lilhinn.


And he spread his naked arms to the sun like a savage. Stretched them into
dawn, into warmth. And he believed he could adapt to anything. His elevated
temperature would gift him with unlimited mobility. Then nourished,
refreshed he would harden, expand.

And all the muscles were contracting.

And he could feel it coming and all he could do was draw what he could and
shed what was wretched.

And all the muscles were contracting.

And images rushed with Amazon force. Some pleasurable, some
liquid. A glowing hive, a helmet of skin. And he could feel everything. The
purity wherein all formulas of light and death are exposed.

And all the muscles were contracting.

And he was emergin, drenched and pink and vibrant, the sking pulled back by
the hand of God.

Inċidentalment, dawk l-ixxurtjati li għandhom il-ħin u l-flus jitilgħu sa Londra f'Ġunju li ġej m'għandhomx jitilfu l-edizzjoni ta' din is-sena tal-Meltdown Festival, diretta appuntu minn Patti.

4 Comments:

Blogger gybexi qal/et...

kollox jaghmel sens fis-1 ta' filghodu imma Manwel... tkun lubien u tkun qed tistenna xi film ta' Herzog jew ta' Brakhage jew tahsiba torqodx minflok.

patti smith u dak il-film ta' Vigo jaqblu daqs kemm jaqbel xi jkun qed jghid Ghezzi mal-footage ta' wiccu jparla f'kamra f'Bologna. ma jaqblux imma jaqblu ghax tkun ghajjien wisq biex toqghod tfittex il-verità u r-raguni u mohhok jghidlek "ejja, ighaddi, hallini norqod issa".

9:28 am  
Blogger Immanuel Mifsud qal/et...

"patti smith u dak il-film ta' Vigo jaqblu daqs kemm jaqbel xi jkun qed jghid Ghezzi mal-footage ta' wiccu jparla f'kamra f'Bologna."

U le, Gybex, mhux daqshekk gravi!

10:22 am  
Blogger Erezija qal/et...

ifhem, jaqblu ghax ma jaqblux...

2:08 pm  
Blogger Immanuel Mifsud qal/et...

Stanju,
int kbir wisq!Nittama li ma qattajtx wisq iljieli tistenna għalxejn. Fil-każ tista' tidħol fis-site ta' Fuori Orario u tkun tista' tara x'films se jdawru kull weekend minflok toqgħod b'għajnejk imżellġa bin-ngħas għalxejn.

6:19 pm  

Post a Comment

<< Home