mp

5.4.05

Meta jmut Papa

Mhux biħsiebni nitkellem dwar il-mewt ta' Wojtyla għas-sempliċi raġuni li jekk tiftaħ it-televixin ta' l-istat Taljan ma tarax ħlief servizzi dwaru u naturalment l-istess fuq it-televixins Maltin (dawk dejjem jikkupjaw hekk jew hekk). Anki l-internet infaqa' b'weblogs, artikli u x'naf jien dwar il-mewt tal-Papa Pollakk.
Li jinteressani hu kif xi persunaġġi illustri ħadu ego-boost papali minn fuq il-Papa. Il-President ta' Malta Edward Fenech Adami, mistieden fuq programm monotonu fuq il-PBS il-Ħadd wara nofsinhar, qagħad jirrakkonta kemm hu u l-familjari tiegħu ħadu ritratti mal-Papa. Qal ukoll li darba Wojtyla qallu li hu (EFA) kien dak il-lajk li tah l-akbar kumpliment f'ħajtu meta kkummentalu dwar waħda mill-enċikliki tiegħu. Qal ukoll li f'waħda mid-diversi laqgħat tiegħu mal-Papa kien stiednu jiġi Malta għax għalkemm il-Maltin jiftaħru b'elfejn sena ta' Kristjaneżmu (u dan storikament huwa żball oħxon) l-ebda Papa ma kien żaru. Skond il-President ta' Malta dakinhar Wojtyla ma kkommettiex ruħu iżda siegħa wara kien qed jisma' r-Radju tal-Vatikan u tħabbar li l-Papa kien se jżur Malta! Min ra dal-programm ma setax ma jinnutax kif il-President tar-Repubblika, waqt ir-risposti tiegħu, injora għal kollox lill-preżetatur, qagħad iħares fiss lejn il-kamera, u minflok wieġeb il-mistoqsijiet għamel intervent li fit-ton tiegħu kien ifakkar fil-massmeetings ta' fuq il-fosos. Interessanti wkoll kif waqt din l-intervista, il-President qagħad jagħmel analiżi semjotika tar-ritratti personali tiegħu mal-Papa u kontinwament qagħad jikkummenta dwar il-fatt li meta kellmu l-Papa kien qed iħares dritt f'għajnejh: "ara dar-ritratt - il-Papa qed iħares dritt f'għajnejja", "anki f'dan ir-ritratt il-Papa m'hu qed iħares imkien ħlief f'għajnejja" ....
L-istess pompożità addottaha l-President Emeritu Gwido de Marco. De Marco rrakkonta diversi anedotti li ġraw waqt "id-diversi laqgħat" li kellu mal-Papa, kemm bħala President tar-Repubblika kif ukoll bħala President tal-Ġnus Magħquda. Ħa gost ħafna jirrakkonta każ li, grazzi għalih (għal De Marco jiġifieri) qassis li kien ilu 30 sena l-ħabs fl-Albanija, inħeles. Din, skond kif irrakkonta de Marco, kienet missjoni fdata f'idejh minn ħadd ħlief Karol Wojtyla. U l-missjoni rnexxiet. Viva de Marco.
Imbagħad hemm l-istqarrijiet li ħarġu mal-mewt ta' Wojtyla. Il-Partit Nazzjonalista, li ilu jiggverna lil Malta għal snin twal, ikkummenta dwar l-insistenza tal-Papa defunt fuq il-ġustizzja soċjali, fuq "l-obbligu tal-Gvernijiet li jwettqu ġustizzja mal-popli tagħhom" u fuq "l-obbligu li (l-gverijiet) jassiguraw it-tqassim xieraq tal-ġid komuni." Filwaqt li fakkret l-anti-komuniżmu tal-Papa Pollakk, l-istqarrija Nazzjonalista nsiet il-messaġġi anti-konsumiżmu ta' l-istess Papa.

2 Comments:

Blogger Kenneth qal/et...

Ħasra li f'dawn l-aħħar ftit snin mietu ħafna disinjaturi tal-comics, għax naqta' rasi li kienu jitħajru jibdew xi serje ġdida bbażata fuq wieħed minn dawn il-ħafna heroes lokali li għal daqsxejn donnhom ma jippretendux li rridu nagħmlulhom funeral enormi bħal tal-Papa meta sa fl-aħħar għad xi darba neħilsu minnhom (bħala radd il-ħajr ta' kemm għażqu u għaffġu fi żmienhom.)

Viva l-faċċjoliżmu! Imbasta qisna qaddisin mixjin fl-art quddiem il-Papa...

9:39 pm  
Blogger Erezija qal/et...

Papa papa pappa papppapa pappppapapa

papapapap

papapappapapppapa

pappapappa

papa
pa
ppapapa

ad infinitum

10:00 am  

Post a Comment

<< Home