Post Scriptum
Forsi jkun ġust nikkoreġi ftit l-aħħar blogg li tellajt ftit tal-minuti ilu:
Ridt ngħid li sirt inħobb naqra wara li ltqajt ma' ktieb miktub minn Lhudi tradott għall-Ingliż, ħassejt lil Mary Rose Mallia tmellisli qalbi b'Għanjiet minn Malta, u ispirajt ruħi għas-sess min-neputija ta' Vanġiela, tixxabbat biex taħsel it-twieqi ta' fuq bil-miniskirt jixxabbat aktar minnha. U naħseb li sirt naf bit-taħwid tad-dinja meta kontra dak li kien jgħid il-Kappillan, u kontra t-talbiet ta' ommi u missieri, kont noqgħod nara Il-Madonna taċ-Ċoqqa, kull nhar ta' Tnejn filgħaxija, u l-malinkonija għallimhieli Rużar qabel m'għallmuhieli ċ-Ċeki u l-Ungeriżi. U l-pastizz li kilt f'Sarajevo ma kienx tajjeb daqs dak tal-Maxims.

8 Comments:
Pero issa trid tkun onest u tghidilna x'tahseb fuq il-fatt li meta ktibt il-paragrafu l-ewwel darba certu affarjiet ma semmejthomx jew semmejt ohrajn f'lokhom. Fil-verita, fi tfulitek min influwenzak, jew forsi x'influwenzak? (I mean your formative period.)
Mela, għala ma semmejtx ċerti affarijiet fl-ewwel blog? Ma nafx. Imma wara mument qasir ta' riflessjoni post-blog irrealizzajt li kelli numru ta' żbalji awtobiografiċi li rranġajthom fit-tieni blog. U b'hekk ippreċiżajt l-ewwel kummenti tiegħi bit-tieni blog.
L-ironija hi li certu Maxims sar jisimhom McSims - bhal dak li hemm qabel tibda tiezel it-triq biex tghaddi mit-tunnel li bieh tidhol Bormla.
X'inhi awtobijografija, jekk mhix finzjoni minsuġa mil-lenti ta' wieħed li jipprova jagħti loġika lill-imgħoddi tiegħu, konxja jew inkonxjament? Jista' jkun li l-ewwel ftit paġni ta' l-awtobijografija tagħna jitbiddlu waqt li jiżdiedu paġni fit-tarf?
Immanuel,
Il-lum kont Sapienzas, il-Belt, fittixt il-kotba tiegħek iżda ma kellhom xejn. Fejn nista' nikseb kopja ta' l-Istejjer Strambi ta' Sara Sue Sammut?
il-Booksplus tas-sliema ghandhom
U anki l-Mireva.
McSims eh?
Take-away irhis (ha naharbu lejn id-dar!), b'isem faux-ingliz u ikel sqalli... tista' tkun iktar Malti minn hekk?
Post a Comment
<< Home